Messagg mill-Kappillan

Il-Festa tal-Madonna ta' Lourdes ssir kull sena; u kull sena nippruvaw li nilhqu fiha skop, jigifieri li nitghallmu aktar, li nfahhru mill-qalb u li nitolbu bil-herqa lill-Vergni li qeghda fis-sema.

Niftakru fil-festa tas-sena l-ohra u nhossuha donnu l-bierah meta ccelebrajnieha.  Imma ma rridux ninsew li minn dak inhar ghaddiet sena b'dak kollu li ggib maghha, nifhem nghid: hidma pastorali bla waqfien, sforz minn hafna biex il-kommunita' parrokkjali taghna tkun tassew nisranija, grajjiet li tawna sodisfazzjon, problemi li jwegghu, barkiet mis-sema, u zbalji, djufija u nuqqasijiet ta' bnedmin li ahna.

Jekk tistaqsuni x'irrid insemmi b'mod partikulari minn dan kollu, inwiegeb li ta' min jaghti enfasi fuq ix-xoghol volontarju li tant membri tal-komunita' taghna, li n-numru taghhom huwa sodisfacenti, qeghdin jaghmlu u li qed ihalli hafna gid.  Ghandna gruppi sabih ta' nies li jaghtu hinhom u sahhithom ghal dak li hu tal-parrocca.  Jekk ghandna ghax nifirhu fil-festa mhux tant jew mhux biss bl-istatwa, bit-tizjin, bil-briju u bin-nar daqskemm b'dak li jibnina f'komunita' nisranija, b'dak li jsahhahna kontra kull kurrent materjalista u bla Alla, b'dak li jaghmilna tassew ulied il-Vergni Marja.  Nixtieq li permezz tal-festa li se niccelebraw, inhossu li l-Vergni Marija hi tassew qrib taghna u herqana li tghinna.

Nammetti li l-istess festa li niccelebraw tista' tohloq zvantagg.  Nafu u nemmnu li Hi hafna 'l boghod minna u m'ahniex se naslu fejn waslet Hi...almenu ghalissa!.  Imma dan l-izvantagg jintrebah jekk niftakru fl-interventi li Marija ghamlet u ghadha taghmel, bhad-dehriet taghha f'lokalitajiet qaddisa ta' Lourdes u Fatima.  Tajjeb ukoll inkunu nafu u niftakru fil-messaggi li Marija tibghatilna permezz ta' persuni maghzula, qaddisa u umli. Mis-sema fejn qeghda, Hi tismaghna, thoss ghalina u lesta tghinna.
Mela mal-briju, ferh, daqq u tizjin tal-festa jehtigielna niftakru fiha bhala Omm li thobbna u tiehu hsiebna.  Fil-festa ghandna l-ingredjenti kollha ta' festa sabiha u xierqa. Nghozzu l-festa fir-realta' taghha billi naghtu sehmna biex tkun dejjem ahjar, waqt li nsahhu dak li hu tajjeb u xieraq u nirrezistu dak li m'ghandux ikun ghax ma jixraqx.
Il-Madonna ta' Lourdes tbierek lilna lkoll f'dawn il-jiem eghziez ghaliha u ghalina.

 

Dun Christopher Galea.